​“Jess kienet tfajla fuq ruħha, ferriħija u tħobb il-volontarjat”

Fl-aħħar tislima li ngħatat fil-Parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat, Jessica Micallef ġiet deskritta bħala tfajla fuq ruħha, ferriħija, sportiva u tħobb il-volontarjat.
Jessica ta’ 22 sena, tilfet ħajjitha nhar it-Tnejn li għadda f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.
Waqt l-Omelija, l-Arċipriet enfasizza li anke meta jiġru dawn l-inċidenti wieħed għandu jiftakar li Alla xorta jħobbna.
Il-voluntiera tas-St John Rescue, li Jessica kienet ilha magħhom għall-aħħar tliet snin sellmulha b’parata.