Jess Glynne mhix ġejja għall-Isle of MTV minħabba operazzjoni

Jess Glynne mhux se tipparteċipa fil-festival tal-Isle of MTV fis-7 ta’ Lulju li ġej, minħabba mard.
Fuq Facebook, Jess Glynne spjegat li dan minħabba li l-ġimgħa d-dieħla se tagħmel operazzjoni fil-kordi vokali. Qalet li tinsab iddispjaċuta li se jkollha tħassar diversi shows u festivals.
Għalkemm tinsab beżgħana mill-operazzjoni, dalwaqt se tkun lura fix-xena mużikali, b’vuċi aħjar.
Fi stqarrija, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu awgurat lil Jess fejqan ta’ malajr.