Jesmond Mizzi Financial Advisors torganizza avveniment ta’ team-building

Jesmond Mizzi Financial Advisors Ltd (JMFA) reċentement organizzat avveniment ta’ ġurnata sħiħa ta’ team-building għall-impjegati tagħha ’l barra mill-uffiċċji tagħhom, f’post b’veduti spettakolari tal-kampanja fin-nofsinhar tal-gżira.

Il-programm kien jinkludi taħditiet ta’ motivazzjoni u attivitajiet ta’ team-building bil-għan li l-parteċipanti jkunu jistgħu jesploraw u jiskopru aspetti b’saħħithom ġodda tagħhom infushom u ħiliet ta’ tmexxija li jgħinuhom jirnexxu fil-post tax-xogħol tagħhom.

L-impjegati ltaqgħu kmieni filgħodu u bdew il-ġurnata b’kolazzjon tajjeb għas-saħħa li kien segwit minn taħdita minn Jonathan Shaw, Associate ma’ Baton&Baton, dwar kif wieħed għandu jisfida l-ħsieb tiegħu jew tagħha, filwaqt li jifhem ir-rwol li l-imġiba konjittiva għandha fil-ħajja ta’ kuljum.

Il-logħob ta’ team-building kienu organizzati minn kumpanija lokali ewlenija li torganizza l-avvenimenti. L-impjegati ngħaqdu f’timijiet differenti u kkompetew kontra xulxin f’logħob bħal: Trolley Train, Wooden Puzzle, Gutter Ball u Egg Drop, biex insemmu ftit minnhom.

David Darmanin, Fundatur u CEO ta’ Hotjar.com tkellem dwar modi kif l-impjegati jistgħu jitgħallmu waħedhom u jħaddnu l-bidla biex isibu opportunitajiet ġodda u jibbenefikaw minn vantaġġ kompetittiv fid-dinja moderna.

Wara dan il-logħob, it-taħditiet u d-diskussjonijiet, l-impjegati mbagħad inġabru għal ikla delizzjuża u xorb maġenb il-pixxina fejn l-impjegati kollha setgħu jirrilassaw, jgħumu u jgawdu l-bqija tal-ġurnata f’ambjent ideali.

Meta tkellem dwar l-avveniment, Jesmond Mizzi, Direttur Maniġerjali ta’ Jesmond Mizzi Financial Advisors qal li, ‘Aħna nemmnu f’taħriġ u żvilupp kontinwu biex ninkoraġġixxu lill-persunal tagħna jkun kreattiv u jiġġenera ideat biex nippromwovu l-innovazzjoni. Barra minn hekk, dawn l-avvenimenti ta’ team-building jgħinu biex isaħħu r-relazzjoni tax-xogħol bejn il-membri tal-persunal biex inkomplu nsaħħu t-tim ferm ħabrieki tagħna.’