Jesmond Bonello jirreżenja minn Direttur tal-UĦM

Jesmond Bonello rreżenja mill-kariga tiegħu ta’ Direttur tal-UĦM Voice of the Workers. Dan tħabbar fi stqarrija mill-union li spjegat li Bonello għamel dan biex ifittex sfidi ġodda.

Il-UĦM spjegat li Bonello kien ilu jaħdem mal-UĦM mis-sena 2000 fejn okkupa diversi karigi. Hu kien serva bħala Segretarju Taqsima Entitajiet Pubbliċi, Assistant Segretarju Ġenerali u l-kariga ta’ President u Direttur sa mis-sena 2011.

Il-UĦM irringrazzjat lil Bonello tas-servizz li ta u awguratlu s-suċċess għall-karriera futura tiegħu.