Jeskalaw id-direttivi fl-EUPA

Il-Union Ħaddiema Magħqudin eskalat id-direttivi tal-ħaddiema fl-Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) wara li jidher ma kienx hemm żvilupp fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv il-ġdid.
Il-ħaddiema tal-aġenzija mhux qegħdin jaqblu mal-proposta tas-salarji minn naħa tal-gvern fost l-oħrajn.
Skont il-UĦM, fil-ftehim il-ġdid il-proposti tas-salarji huma inferjuri għal dak li l-ħaddiema akkwistaw fil-passat.
L-UĦM kienet irreġistrat tilwima industrijali fit-30 ta’ Ġunju li għadda.
Il-EUPA hi aġenzija fi ħdan il-Gvern li tieħu ħsieb il-fondi Ewropej għal programmi edukattivi.
Fost id-direttivi imposti fuq il-ħaddiema hemm li ma joħorġuz pagamenti, ma jaċċekkjawx l-applikazzjonijiet u ma jintmelewx rapporti.