JESC 2016: Christina u sebgħa oħra jagħmlu l-ewwel prova

Christina Magrin temmet l-ewwel prova tagħha qabel is-serata finali tal-Junior Eurovision ta’ nhar il-Ħadd li ġej.
Magrin ġiet deskritta bħala kunfidenti u anke li qed tesprimi l-kanzunetta tagħha u ta’ Malta Parachute b’ħafna emozzjoni.
Christina se tkun akkumpanjata minn 5 żeffiena li f’waqtiet tal-kanzunetta Parachute se jagħmlu spettaklu bir-rollerboards tagħhom.
Il-prova li jmiss għal Malta hija nhar il-Ħamis li ġej fl-10.30am.
Illum ukoll kellhom il-provii l-Italja, l-Irlanda, Ċipru, In-Netherlands, Israel, il-Maċedonja u l-Polonja.
Għada jissuktaw il-provi tal-bqija tal-pajjiżi li se jieħdu sehem.
Dawk li ma kellhomx provi llum ittieħdu għal ħarġa fuq il-baħar madwar Malta.
Newsbook.com.mt jibqa’ jaġġornak b’mod dirett mis-sala Repubblika f’Dar il-Mediterran il-Belt Valletta.
Filmat u ritratti: EBU* – l-ewwel provi jsiru b’bibien magħluqa