Jerġgħu jitfaċċaw il-mistoqsijiet għall-PM u l-Kummissarju tal-Pulizija

Reġa’ tfaċċa strixxun fil-Belt Valletta wara li skont dawk li waħħluh nsteraq l-ewwel wieħed.
L-ewwel verżjoni tal-banner kien iddendel f'Marzu.
L-istrixxun jistaqsi għalfejn iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembru u l-Ministru Konrad Mizzi m’humiex fil-ħabs. Jistaqsi wkoll għalfejn il-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, mhux qed tiġi nvestigata.
L-istrixxun jistaqsi wkoll min ħallas biex joqtol lill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia talli staqsiet dawn il-mistoqsijiet.
Illum ġie żvelat li grupp ta’ 45 ġurnalist ħadmu flimkien biex ikomplu x-xogħol li bdiet il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija, il-ġurnalisti qalu li x-xogħol tagħhom se jibda jiġi ppubblikat fis-17 ta’ April.