Jerġgħu jinfetħu tlett irziezet wara xogħol ta’ restawr

Ġew inawgurati tliet irziezet fil-Buskett li huma r-Razett tal-Bagħal, Ir-Razzett tal-Ispirtu, u R-Razzett tal-Bosk, wara li għal bosta snin dawn kienu sfaw abbandunati u mitluqa.

Dawn l-irziezet inbnew fi żmien il-Gran Mastru Lascaris. Waqt attività li ttelgħet fil-buskett illum tħawlu 3 siġriet taċ-ċitru b’simbolu tat-tliet rziezet li reġgħu nfetħu mill-ġdid.

Dan il-proġett sar ukoll biex ikun protett il-wirt storiku tal-Buskett filwaqt li l-irziezet ikunu ppreżentati b’mod aktar interessanti biex jintużaw minn nies. Issa li x-xogħol ta’ restawr huwa lest, se jinbeda l-proċess biex dawn il-binjiet jintużaw biex joffru varjetà ta’ attrazzjonijiet u faċilitajiet lill-pubbliku bħal faċilitajiet edukattivi u interpretattivi li ser iservu biex jitrawwem għarfien u apprezzament tal-karatteristiċi tal-Buskett.

Intant għada s-Sibt se ssir Open Day ta’ dawn l-irziezet kif ukoll tal-winery fil-Buskett li se tkun ukoll inawgurata għada.

Ritratti: DOI