Jerġgħu jiftħu l-banek ta’ Ċipru

Wara ġimgħatejn magħluqin, il-banek Ċiprijotti reġgħu fetħu. Minkejja li ffurmaw diversi kjuwijiet biex jidħlu fid-diversi banek, l-atmosferma kienet waħda kalma. Filfatt, il-President ta’ Ċipru rringrazzja lil poplu Ċiprijott għall-maturita’ tiegħu.

Skont informazzjoni maħruġa mill-bank ċentrali ta’ Ċipru, matul ix-xahar ta’ Frar, investituri barranin kienu diġa ħadu 18% tal-flus li kellhom fil-banek. Dan eżatt qabel ma laqtet il-kriżi.