Jerġgħu jibdew l-attakki mill-ajru fuq Gaża

Reġgħu bdew l-attakki mill-ajru minn Iżrael fuq Gaża wara li l-Palestinjani sparaw r-rokits u b’hekk intemmu tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied.
Iżrael sostna li l-attakki bir-rokits huma inaċċettabbli filwaqt li l-Ħamas qalu li ma jridux ikomplu bil-waqfien mill-ġlied għaliex Iżrael mhux qed jaqbel mat-talbiet li saru.
Uffiċjali tal-Gvern Iżraeljan sostnew li telqu minn mal-mejda tan-negozjati għaliex il-Palestinjani qalu li mhux lesti jiddiskutu sakemm jibqgħu isiru attakki mill-ajru fuq Gaża.
L-Eġittu qed jappellaw liż-żewġ naħat biex ikomplu jiddiskutu għall-paċi.