Jerġgħu jibdew il-Korsijiet Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar

Il-Korsijiet Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar se jerġgħu jibdew fl-20 ta’ April f’Ħal Kirkop, fil-Mosta, f’Raħal Ġdid u f’Tas-Sliema.
Dawn il-korsijiet huma maħsuba biex jgħinu n-nies jitgħallmu jqassmu aħjar l-affarijiet li għandhom. 
Il-kors huwa mqassam fuq 10 ġimgħat u jingħata b’xejn. Ikun hemm ukoll persuni li jieħdu ħsieb lit-tfal għal dawk li jkollom bżonn childcare.
Waqt attività mtellgħa ġewwa l-Kunsill Lokali tal-Mosta, li fiha ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lil dawk kollha li attendew għall-korsijiet, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li meta beda l-kors kien hemm 54 persuna li attendew għalih u din is-sena kien hemm 122 persuna.
Farrugia tkellem dwar l-importanza li persuna tkun taf tgħix ħajja indipendenti u spjega kif proġetti oħra bħal FEAD qed ikunu strumentali sabiex jiddentifikaw lil dawk in-nies li huma fil-bżonn, u b’hekk ikun hemm l-għajnuna meħtiega sabiex dik il-familja jew persuni isibu is-servizzi u l-għajnuna li jkollhom bżonn.
Ritratt: DOI: Omar Camilleri