Jerġgħu jibdew il-bumbardamenti f’Gaża

Reġgħu bdew il-bumbardament mill-ajru mill-armata Iżraeljana fuq Gaża.
Kelliem għall-armata qal li ma kellhomx triq oħra wara li l-Palestinjani baqgħu jisparaw ir-rokits fuq Iżrael waqt iż-żmien tal-waqfien mill-ġlied.
Aktar kmieni Iżrael aċċetta l-istedina tal-Eġittu li jieqaf il-ġlied u jibdew it-taħdidiet għall-paċi mal-Awtoritajiet Palestinjani, iżda din l-istedina ma ġietx milqugħa mill-Ħamas.
Fi kliem uffiċjali Palestinjani mill-bidu tal-bumbardamenti inqatlu aktar minn 190 Palestinjan filwaqt li l-Iżraeljani qed isostnu li ġew sparati mal-50 rokit mill-Ħamas lejn Iżrael.