Jerġa jkompli l-kampjonat tal-waterpolo lokali

Wara s-sospensjoni li ngħatat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u wara l-laqgħa b’urġenza tal-Kunsill tal-Aquatic Sports Association (ASA), illum ikompli l-kampjonat Premier b’żewġ logħbiet:
Fis-6:45pm Sirens Ritter Sport kontra Exiles Ferretti
Fit-8:00pm Valletta McDonald’s kontra San Giljan Allcare Insurance
Intant il-logħba bejn Otters Nivea u Ta’ Xbiex Amigos, mistennija tintlagħab fis-16 ta’ Awwissu, f’ħin li għad irid jiġi stabbilit.