Jerġa’ jispiċċa l-Qorti wara sensiela ta’ serqiet minn Tas-Sliema

Raġel mill-Ġorġja tilef il-garanzija personali ta’ €30,000 wara li ġie arrestat mill-ġdid, wara li erba’ snin ilu kien instab ħati ta’ sensiela serqiet minn residenzi f’Tas-Sliema.

Ir-raġel li għandu 43 sena spiċċa l-qorti Maltija wara li nħareġ mandat Ewropew ta’ arrest minn Franza.

Ftit snin ilu, il-Ġorġjan Kartlos Dola-Beridze kien akkużat b’sensiela ta’ 28 serqa minn Tas-Sliema u San Ġiljan, flimkien ma’ erba’ persuni oħra mill-Ewropa tal-Lvant. Flimkien ma’ sħabu, ix-xahar li għadda huma kienu ngħataw il-libertà proviżorja.

Meta naqsu milli jiffirmaw fl-għassa, il-pulizija mal-ewwel bdiet l-investigazzjonijiet tagħha fejn instab li kienu ħallew il-pajjiż.

Huma ġew akkużati li ħadu sehem f’attivitajiet ta’ kriminalità organizzata.