Jerġa’ jispiċċa l-ħabs wara 5 ijiem

Wara biss ħamest ijiem li ħareġ mill-ħabs, Libjan ta’ 35 sena inbagħat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq xalel u mwies minn diversi ħwienet fil-Belt Valletta.

Huwa kien akkużat ukoll li hedded il-pulizija u ma obdiex l-ordnijiet tagħhom waqt li kien qed jinżamm arrestat. Filwaqt li l-avukat qal li l-akkużat għandu problemi psikjatriċi, l-Libjan ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh.

Il-Maġistrat ikkundannatu 18-il xahar ħabs u multa ta’ €800. Hija rrakkomandat lid-Direttur tal-ħabs sabiex isirulu t-testijiet meħtieġa u jekk jirriżulta li dan hu minnu jkun jista’ jinżamm fit-taqsima forensika tal-ħabs fl-Isptar Monte Karmeli.