Jirritorna d-dawl fil-lokalitajiet kollha

Aġġornat 02:17 PM

Read in English.

Fl-aħħar minuti diversi lokalitajiet fil-Gżejjer Maltin reġgħu spiċċaw mingħajr dawl f’anqas minn 24 siegħa.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li dawn il-lokalitajiet jinkludu:

F’Malta

  • Iż-Żejtun
  • Partijiet minn Ħaż-Żabbar
  • Partijiet minn Ħal Balzan
  • Il-Ħamrun
  • Il-Mosta
  • Buġibba
  • Il-Fgura
  • Wied il-Għajn
  • In-Naxxar
  • Is-Swieqi
  • Il-Għargħur
  • L-Imsida
  • Ħal Luqa
  • Ħ’Attard

F’Għawdex

  • L-Għasri
  • Ir-Rabat Għawdex
  • Iż-Żebbuġ
  • Marsalforn
  • Ix-Xagħra

Din hija r-raba’ darba f’inqas minn xahar li l-Gżejjer Maltin esperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

Fi stqarrija l-Enemalta qalet li d-dawl rritorna lura fil-lokalitajiet kollha għall-ħabta tas-12.45pm.

Il-ġimgħa l-oħra l-Enemalta wissiet dwar il-possibilità li jerġa’ jinqata d-dawl

Il-ġimgħa l-oħra l-Enemalta avżat li kien hemm il-possibilità li jerġa’ jinqata’ d-dawl fil-jiem ta’ wara. Fit-tweġiba għal mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt, l-Enemalta qalet li hemm ħsarat fil-cable bejn Malta u Sqallija.

L-Enemalta ma spjegatx għala l-pajjiż għandu bżonn juża l-provvista kollha mill-interconnector meta f’Malta hawn biżżejjed powerstations biex jipprovdu l-provvista għal Gżejjer Maltin.