​Jerġa’ jinqata’ d-dawl u t-tfal jintbagħtu d-dar mill-iskola

Diversi lokalitajiet ilbieraħ kienu mingħajr dawl, tant li Child Care Centre tal-Gvern f’San Ġwann kellu jċempel lill-ġenituri sabiex jiġbru lit-tfal tagħhom kmieni miċ-ċentru. Ir-raġuni li ngħataw kienet “għaliex inqata’ d-dawl u li kien hemm sħana kbira”.
Din l-omm spjegat ma’ Newsbook.com.mt kif dak il-ħin kienet qiegħda x-xogħol u kellha tara x’tagħmel biex tirranġa ħalli tiġbor lil bintha ta’ sentejn fl-10.30am.
Il-ħinijiet regolari ta’ dan iċ-ċentru huma bejn is-7.30am u l-4.30pm.
Hija staqsiet kif f’dan iċ-Child Care Centre għad ma hemmx installat servizz ta’ arja kundizzjonata biex it-tfal ikunu f’ambjent komdu.
L-omm esprimiet it-tama li dan kien biss inċident iżolat sakemm tiġi rranġata s-sitwazzjoni.