Jerġa’ jinfetaħ il-Kitchen Garden b’tagħmir ġdid u rinovat

Il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca inawgurat attrazzjonijiet ġodda wara li ġie fi tmiemu proġett ta' rinnovar fil-Kitchen Garden.
Il-proġett kien jinkludi x-xiri ta' tagħmir ġdid għall-logħob tat-tfal, turf sintetiku, tagħmir ta' outdoor gym li huwa aċċessibbli għal kulħadd, kif ukoll fence ġdida għal iżjed sigurtà.
F'diskors tal-okkażjoni, il-President qalet li b'dan il-proġett, il-Palazz ta' Sant Anton issa għandu spazju atrezzat għall-familja kollha u jilħaq il-miri tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.
Liema miri huma li jipprovdi aċċess sigur, inklussiv u spazju pubbliku għal kulħadd b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità.