Jerġa’ jinfetaħ iċ-Channel Tunnel

Is-servizzi taċ-Channel Tunnel reġgħu bdew joperaw wara li lbieraħ waqfu s-servizzi tat-trasport bejn l-Ingilterra u Franza minħabba nar li beda f’wieħed mill-mini.
Jidher li trakk ħa n-nar u kkawża xi dewmien hekk kif mina waħda kienet miftuħa.
Is-servizzi tas-Sibt kienu kkanċellati kollha, bil-ferroviji jirritornaw lejn l-istazzjon tagħhom.
Il-Pulizija ta’ Kent qalet li n-nar qabad fit-tarf ta’ mina lejn Franza u li ħadd ma weġġa’ fl-inċident.