Jerġa’ jiftaħ l-ajruport tal-Ġordan; Malta fil-lista s-safra

Ritratt: Unsplash

Il-Ġordan illum reġa’ fetaħ l-ajruport ewlieni tiegħu għal titjiriet regolari, wara għeluq ta’ kważi sitt xhur minħabba biżgħat ġodda tal-COVID-19. 

Il-Ministru tal-Informazzjoni Amjad Al-Adayla qal li l-awtoritajiet se jistabbilixxu regoli għall-passiġġieri skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-pajjiżi ta’ minn fejn jkunu ġejjin, bit-turisti kollha ttestjati għall-Covid-19 mal-wasla tagħhom fl-ajruport. 

Malta hija waħda minn sitt pajjiżi li tpoġġiet fuq il-lista s-safra tal-pajjiż. Fost pajjiżi poġġuti fuq il-lista l-ħamra huma r-Renju Unit, l-Istati Uniti, Spanja u Franza. Il-listi sħaħ jistgħu jiġu aċċessati hawn.

L-ajruporti kien ilu magħluq minn nofs Marzu. Ġurnali lokali sostnew li għal pajjiż li jiddependi ħafna fuq is-settur turistiku – 14% tal-Prodott Gross Domestiku – din id-deċiżjoni inħasset sew mill-ekonomija.