Jerġa’ jiddaħħal l-ITU ż-żagħżugħ li ttajjar fil-Blata l-Bajda

Iż-żagħżugħ Bulgaru ta’ 22 sena li għaxart ijiem ilu ttajjar minn vettura fi Triq Nazzjonali l-Blata l-Bajda, reġa' ddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li ż-żagħżugħ qed isofri minn pnewmonja. 
L-inċident kien seħħ qrib Bieb il-Bombi quddiem l-istejġ tal-karozzi tal-linja, meta ż-żagħżugħ ittajjar minn vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 62 sena minn San Pawl il-Baħar.