Jerġa’ jibda jistudja wara 15-il sena wieqaf

Wara 15-il sena ‘l bogħod mill-Università, Kevin Apap se jkompli l-istudji tiegħu fil-maġisteru fl-Istudji Mediterranji permezz ta’ borża ta’ studju li ngħata mill-Fondazzjoni Alfred Mizzi.
Dwar x'ħajru jidħol għal dan il-kors, Apap qal li hija l-interazzjoni bejn popli minn ambjenti differenti, li ħajritu jagħmel dan il-kors.
Id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti, Dominic Fenech, radd ħajr lill-Fondazzjoni Alfred Mizzi għas-sapport tagħha u awgura biex entitajiet oħra jimxu fuq il-passi tagħha u jgħinu f’inizjattivi ta’ din ix-xorta li tieħu l-Università ta’ Malta.
Aktar dettalji dwar dan il-maġisteru hawn.