Jerġa’ jaqbad xi nar fil-ħanut fejn raġel tilef ħajtu fil-Ħamrun

Monique Agius

Dalgħodu reġa’ qabad xi nar fil-ħanut fejn ilbieraħ, raġel tilef ħajtu fil-Ħamrun.

Skont kelliem għall-Pulizija, għall-ħabta tat-8.30am reġa’ kien hemm xi nirien u duħħan fil-ħanut fi Triq Ħal Qormi, fejn ilbieraħ Eġizzjan ta’ 23 sena tilef ħajtu meta l-ħanut ħa n-nar.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.

Dwar il-każ tal-bieraħ, ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.