Jerġa’ jaggredixxi fil-Qorti

Pasqualino Cefai miż-Żebbuġ Għawdex, li erba’ xhur ilu ntbagħat seba’ snin ħabs wara ta daqqiet ta’ sikkina lil xhud fil-Qorti f’Għawdex, illum ħebb għall-Maġistrat Miriam Hayman waqt is-smigħ ta’ kawża separata fil-Qorti ta’ Malta.
Cefai kien qed jiġi akkużat, flimkien ma’ persuna oħra, b’importazzjoni ta’ droga fl-2011.
Hu mistenni jerġa’ jitressaq il-Qorti llum stess b’rabta mal-aggressjoni fuq il-Maġistrat.