Jeb Bush fi triqtu lejn il-Presidenza Amerikana

Jeb Bush temm xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni u finalment ħabbar li se jkun qed jitfa’ il-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Waqt il-kampanja tiegħu, Jep Bush qed jippreżenta lilu nnifsu bejn l-eredi naturali għall-White House u fl-istess nifs, iżomm id-distanza għall-politika ta’ ħuh George W. Bush.
F’intervista ewlenija, Jeb Bush iddeskriva lil missieru bħala l-ikbar persuna li għexet u li l-ħsieb dwaru mill-ewwel iqabbdu l-biki. Jikkuntrasta ma’ dan, Jep Bush saħaq li hu mhux ħuh u t-tnejn għexu ħajja totalment differenti.