Jennifer għoġobha x-xogħol il-ġdid?

Fiona Cauchi u Jesmond Mizzi f'Manwela

L-ewwel staġun mis-sensiela Manwela jkompli llum l-Erbgħa fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel, 315.

Claire marret tara lil Gina. X’qaltilha dwar dak li kien ġara fil-ħanut? U x’riedet tagħmel Claire? Victor ukoll għamlilha ħafna domandi. Gina x’irrispondietu? Kif irreaġiet għal dak li kien ġara l-jum ta’ qabel?

Se tara min kien dak ir-raġel u għaliex qalilha hekk jew inkella le? Shaun mar jara lil Diriana. Kif laqgħatu? Jennifer għoġobha x-xogħol il-ġdid?

Simone tiltaqa’ ma’ Manwela fit-triq. X’tatha? Għaliex u x’qaltilha tagħmel? U Jennifer x’qalet xħin rat ir-rigal ta’ Manwela? Lil min ċemplet immedjatament u għaliex?

X’qalilha biex tagħmel u x’kienet ir-raġuni li wissieha li ħajjitha kienet fil-periklu?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.