Jennifer Aniston u Brad Pitt iridu $49 miljun għal darhom; Inbniet fl-1934

Iż-żwieġ tal-atturi Jennifer Aniston u Brad Pitt ma tantx dam imma d-dar li kellhom flimkien f’Beverly Hills għadha wieqfa. Issa sar magħruf li din id-dar tqiegħdet għall-bejgħ u qed jitolbu $49 miljun għaliha.

Id-dar hi mibnija fuq tliet sulari u nbniet fl-1934. Min jixtriha se jsib diversi fireplaces, living room fuq ġewwa imma li wkoll tagħti għal barra kif ukoll swimming pool mill-aqwa. Naturalment mhux ta’ min jinsa l-court għat-tennis li kienu bnew fis-sena 2000.