Filmat: Jemozzjonaw lill-ġurija ta’ X Factor

Charisse Vassallo, Lisa-Marie Tabone u Justine Shorfid wasslu l-interpretazzjoni tagħhom tas-silta Piece by Piece ta’ Kelly Clarkson.

L-interpretazzjoni tagħhom tintlaqa’ b’ċapċip mill-parteċipanti l-oħra li qed isegwu dak li qed jiġri.

“Ma konniex qed nigdbu meta għedna li l-livell f’dan l-istaġun huwa aktar għoli,” qal Howard.

“Irnexxielkom temozzjonawna kollha,” ikkonkludiet Ira. L-emozzjoni fuq wiċċ it-tfajliet hija waħda ċara. Se nkunu qed naraw x’għandhom x’joffru fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif X Factor ikompli jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-8.50pm fuq TVM.