Jekk xtrajtu rritornah lill-bejjiegħ

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet avviż li l-prodott Oyster DuoFix i-Size base falla t-testijiet ta’ sigurtà.

Il-kumpanija Babystyle avżat lill-konsumaturi kollha tal-Oyster Carapace Infant biex jieqfu jużaw l-Oyster Carapace Infant car seat mal-Oyster DuoFix i-Size base wara li fallew mit-testijiet ta’impatt li ġew imwettqa fuq dan il-prodott.

L-MCCAA avżat li jekk hawn min għandu l-Oyster DuoFix i-Size base jikkuntattja lill-bejjiegħ.

Kull min jixtieq aktar informazzjoni jew għandu xi mistoqsija dwar din il-kwistjoni jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.