“Jekk xortik tajba jaqbdek il-virus u ma tmutx… u ta’ madwarek?”

Id-Direttriċi tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni mill-Mard b'appell

Miguela Xuereb

Read in English.

Dr Paula Vassallo, id-Direttriċi tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni mill-Mard (HPDP), irriflettiet fuq kif il-coronavirus qed jeqred lill-familji u jisraq il-ħajjiet. Hija għamlet appell biex kulħadd isegwi l-linji gwida tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Fuq Facebook, Dr Vassallo semmiet l-aħħar mewta li llum ħasdet lill-komunità Qormija, dik tas-Sindku Renald Falzon, li kellu biss 46 sena. Huwa l-iżgħar persuna f’Malta li mietet bil-coronavirus. Falzon miet biss ftit ġimgħat wara li missieru miet bil-coronavirus ukoll.

Vassallo qalet li jekk wieħed ikun xortih tajba, jaqbdu l-virus u ma jmutx, jew jaqbdu l-virus u ma jkollux problemi serji u kroniċi ta’ saħħa, kif qed jiġri f’ħafna pazjenti. Jekk b’xortih tajba, wieħed jaqbdu l-virus u jkollu ftit effett, sintomi ħfief bħal tal-influwenza. “Imma dawk ta’ madwarek? Xi ħadd li għaddejtlu l-virus? Kollega? Ħabib? Sieħeb? Maħbub? Ġenitur? Tifel jew tifla morda?” staqsiet it-tabiba.

Stqarret li minkejja li xi ħadd jaf ikollu l-Covid-19 u jsalva, il-kuxjenza tiegħu jaf ma ssalvax jekk ma jimxix mal-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa. Dawn biss li jgħoddu, qalet Dr Vassallo.

Today a 46 year old man died of covid-19.A son of another victim of the same virus.A family decimated.A town, Qormi,…

Posted by Paula Vassallo on Friday, November 13, 2020

Illejla tħabbru l-aħħar tliet imwiet bil-Covid-19, inkluż dik ta’ Renald Falzon. B’hekk f’Malta issa mietu 95 persuna bil-coronavirus.