Jekk weħilt fit-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ…

Jekk kont wieħed minn dawk li weħlu fit-traffiku f'Ħaż-Żebbuġ dalgħodu, dan minħabba li seħħ inċident żgħir meta għal xi raġuni għeleb mutur meta kien qed idur mar-roundabout.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tad-9am.
Minħabba li l-mutur għeleb f’nofs tat-triq, jidher li ostakola l-karreġġati li jagħtu għal Ħ’Attard u għal Ħal Qormi, u kien għalhekk li nġema’ ħafna traffiku.
Ritratt: MRTU