Jekk weħilt fit-traffiku f’Ħaż-Żabbar…

Jekk kont wieħed minn dawk li dalgħodu weħilt fit-traffiku f'Ħaż-Żabbar, ir-raġuni kienet minħabba inċident żgħir bejn karozza tal-linja u karozza pparkjata.
Qarrej ta' Newsbook.com.mt qal li t-traffiku fi Triq is-Santwarju dam imwaħħal għal ħin twil,  minkejja li fl-inċident tkissret biss il-mera tal-karozza. 
Il-pulizija fuq il-post bdew jidderiġu t-traffiku lejn triq oħra, sakemm ittieħdu d-dettalji u r-ritratti tal-inċident. 
Ritratt fuq info@newsbook.com.mt