Jekk trid tiskopri Ħal Biżbud u Ħal Ġwann

Min jixtieq jiskopri żewġt irħajla antiki li kienu jiffurmaw parti miż-Żejtun fi żmien Medjevali, jista' jmur għal mixja kulturali li qed tiġi organizzata minn Wirt iż-Żejtun.
Mal-mixja li se ssir il-Ħadd 24 ta' April, il-parteċipanti se jiskopru l-wirt arkitettoniku u storiku ta' Ħal Biżbud u Ħal Ġwann, li llum jinstabu fl-inħawi magħrufa bħala r-Raħal ta' Fuq. 
Hekk kif il-mixja hi intenzjonata għall-barranin li jgħixu Malta u li jieħdu interess fil-wirt storik, il-mixja se tkun bil-lingwa Ingliża. 
Se jkun hemm ukoll waqfa, li matulha l-parteċipanti jduqu l-pastizzi.
Għal aktar informazzjoni u biex wieħed jirriserva post għandu jibgħat imejl fuq wirtizzejtun@gmail.com.