Jekk trid tipparteċipa f’festival tal-kant…

L-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fin-Nadur Song Festival jagħlqu l-Erbgħa 19 ta' April.
Il-festival se jsir is-Sibt 29 ta’ April fis-7.30pm fit-Teatru MBC in-Nadur stess.
Il-festival jiġi organizzat kull sena mill-Għaqda Teatrali Mnarja, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Mnarja, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Min hu interessat għandu jibgħat imejl fuq għaqdateatralimnarja@gmail.com jew iċempel fuq 79251693