Jekk trid timposta, aħsiblu

Nhar il-Ġimgħa l-ġbir tal-posta se jintemm fis-1pm, minflok fis-7pm kif normalment isir.
Dan qed isir bi qbil bejn il-Malta Post plc u l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni.
Fi stqarrija l-Malta Post qalet ukoll li nhar il-Ġimgħa l-bulk post office li jinsab fl-uffiċini tal-Marsa se jagħlaq fis-1.30pm flok fit-3.30pm, u l-parcel office fl-uffiċini tal-Marsa wkoll se jagħlaq fl-4pm flok fit-8pm.
Il-kumpanija avżat li s-servizzi se jerġgħu jiġu kollha għan-normal mill-għada.