Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi flimkien ma LifeCycle Malta Foundation se jorganizzaw attività sportiva fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ San Nikola.
Se tiġi organizzata attività ta’ Zumba fil-pjazza tas-Siġġiewi. Apparti minn hekk, se jkun hemm attivitajiet għall-adulti, fosthom il-qdif u ċ-ċikliżmu. Għat tfal se jkun hemm ukoll basketball u futbol.
L-għan ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet huwa li l-komunità tieħu sehem fl-isport filwaqt li jinġabru fondi għal-LifeCycle.
Din l-attività se tiġi organizzata nhar it-Tlieta bejn is-6pm u t-8.30pm ġewwa s-Siġġiewi.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel donazzjoni lil LifeCycle Malta Foundation b’dawn il-mezzi:
SMS:
5061 7370 = €2.33;
5061 8920 = €6.99;
5061 9229 = €11.65;
Telefonata:
5160 2020 = €10,
5170 2005 = €15;
5180 2006 = €25
Id-dettalji għall-donazzjoni fil-bank huma:
Isem tal-Bank: Bank of Valletta
Account number: 14814521017
Swift code VALLMTMT
IBAN number MT 18 VALL 22013000000014814521017