Jekk trid tibgħat lil uliedek fi skejjel tal-Knisja f’Għawdex…

L-applikazzjonijiet għad-dħul tat-tfal fil-Kinder 1 fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2019-2020 jistgħu jimtlew mill-14 ta’ Jannar.

Dan qalitu l-Knisja t’Għawdex fi stqarrija, fejn spjegat li din is-sejħa hi għal dawk imwielda fl-2016.

L-iskejjel tal-Knisja offruti huma Bishop’s Conservatory Junior School fir-Rabat, St Francis fir-Rabat, St Theresa f’Ta’ Kerċem u Laura Vicuna fir-Rabat u fl-Għasri.

Il-ġenituri jistgħu jimlew dawn l-applikazzjonijiet fil-ġimgħa ta’ bejn it-Tnejn, 14 ta’ Jannar u l-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar bejn it-8.30am u s-2.30pm. Dan isir fl-uffiċċju tas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija fi Triq Dun Karlu Bondì fir-Rabat.