Jekk trid tgħin lid-dinja, kull inqas laħam – rapport

Skont artiklu fuq The Guardian għalkemm ir-riċiklaġġ u l-użu tat-trasport pubbliku huma tajjeb għall-ambjent, xjentisti qed jgħidu li l-akbar mod kif wieħed jista’ jgħin lid-dinja huwa permezz ta’ tnaqqis fil-konsum tal-laħam.

L-awtur tal-artiklu qal li r-riċerka turi li l-konsum tal-laħam, b’mod speċjali tal-majjal u l-laħam taċ-ċanga, għandhom impatt kbir fuq l-ambjent. Dan minħabba l-effetti tal-industrija tal-laħam fuq it-tibdil tal-klima u t-tniġġiż tal-kampanja. Hemm ukoll il-problemi tal-qerda tas-siġar, l-użu tal-fertilizzanti, u l-emmissjonijiet tal-methane mill-baqar. Dawn il-problemi joħolqu greenhouse gas emissions daqskemm jipproduċu l-karozzi u l-ajruplani kollha tad-dinja.

F’Ottubru, xjentisti qalu li hemm bżonn tnaqqas kbir fil-konsum tal-laħam jekk id-dinja trid tevita t-tibdil fil-klima b’mod perikoluż.