Jekk trid il-loki ħdejk fuq ir-ramel ibqa’ d-dar – is-Sindku tax-Xagħra

Facebook - Christian Zammit

Is-Sindku tax-Xagħra Christian Zammit qal li min jitla’ Għawdex biex isajjar fuq ir-ramel u jtella’ loki ħdejh ikun aħjar jekk jibqa’ d-dar.

Fuq Facebook Zammit (PL) qal li jinsab “kuntent immens” jara lill-Maltin iżuru Għawdex f’dawn il-jiem.

“Però jekk titla’ Għawdex biex issajjar l-laħam tiegħek fuq ir-ramel, u trid ittella’ anke loki ħdejk, allura jekk jogħġbok ibqa’ d-dar,” kiteb Zammit.

Żied jgħid li jinsab diżgustat bil-plastik, fdalijiet tal-BBQs, skart tal-klieb u ħmieġ li n-nies jitilqu warajhom fir-ramel, meta dan huwa llegali u huwa ta’ diżrispett lejn in-nies.

Fil-kummenti s-Sindku rringrazzja lill-Pulizija f’Għawdex li minkejja s-sħana qed iduru mal-gżira biex iżommu d-dixxiplina.

Ibqgħu siguri – Malta Red Cross

Facebook – Malta Red Cross

Intant l-għaqda Malta Red Cross awgurat ġurnata tajba lil dawk li sejrin il-baħar u ħeġġet lin-nies biex jibqgħu siguri.

It-temp illum kien xemxi b’riħ ħafif. L-indiċi UV kienet 11.

Whilst wishing you all a great day at the beach, we encourage you to stay safe.

Posted by Malta Red Cross on Sunday, June 28, 2020

Webcam fuq il-bajja ta’ Marsalforn kien juri sitwazzjoni kalma waranofsinhar.

Skyline Webcams

Il-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex ingħatat il-banidera l-blu għall-kwalità għolja fil-bajjiet.