Jekk toqgħod Tal-Pietà, L-Imsida, Ħal Qormi jew Ħaż-Żebbuġ…

Fil-Gazzetta tal-Gvern ġew ippublikati aktar toroq madwar Malta fejn se jinbidlu n-numri tal-bibien tad-djar. Il-lokalitajiet jinkludu Tal-Pietà, L-Imsida, Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ.
Liema huma t-toroq?

  • Triq Clarence, Tal-Pietà;
  • Triq Clarence, L-Imsida;
  • Sqaq Clarence, L-Imsida;
  • Triq Lino Spiteri, Ħal Qormi u
  • Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ.

Fi stqarrija, il-kummissjoni elettorali talbet lil dawk kollha li joqgħodu f’dawn it-toroq sabiex ineħħu n-numri l-qodma u jwaħħlu dawk ġodda sas-16 ta’ Marzu.