Jekk toqgħod Marsaxlokk u ma tridx li jirmunkawk…

Xi toroq f’Marsaxlokk se jkunu magħluqa għat-traffiku llum mill-5pm ’il quddiem.
Dawn huma Xatt is-Sajjieda, Triq Duncan, Triq tas-Silġ, Triq il-Patrijiet Tereżjani, l-inħawi ta’ Limbordin, u Triq Delimara.
Il-Kummissarju tal-Pulizija javża li karozzi li jinstabu f’dawn it-toroq u l-inħawi fil-ħin imsemmi jiġu rmunkati.