Jekk toqgħod l-Imsida…

Imsida numri bibien

Ir-residenti tal-Imsida huma mħeġġa jiċċekkjaw jekk in-numru tal-bieb ta’ darhom hux se jinbidel.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali avżat li dawk affettwati joqogħdu ċ-Ċirku tal-Imsida, Triq l-Esperanto, Triq Giovanni Schranz, Triq Michele Bellanti, Triq il-Punent, Triq tal-Qroqq u Triq Żakkew.

Il-Kummissjoni fakkret li r-residenti huma fl-obbligu li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-31 ta’ Awwissu 2018.