Jekk toqgħod l-Imġarr…

Jekk toqgħod fi Triq l-Għelejjel fl-Imġarr fadallek biss sebat ijiem sabiex twaħħal in-numru l-ġdid tad-dar tiegħek.
Dan tħabbar mis-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali.
L-avviż li ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-ġimgħa, jgħid lir-residenti sabiex iwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu dawk qodma sa għaxart ijiem mit-2 ta’ Frar.
Fl-aħħar xhur kien hemm bosta żoni li nbidlulhom in-numri tal-bibien, li jinkludu numru ta’ toroq f’Ħaż-Żabbar, Marsaskala, s-Swieqi, Ħal Kirkop u r-Rabat fost oħrajn.