Jekk toqgħod f’waħda minn dawn l-34 lokalità…

Fadal jinbidlu mat-3% tal-karti tal-identità minn residenti ġejjin minn 34 lokalità f’Malta u Għawdex
Dan ħareġ minn tweġiba Parlamentari tal-Ministru tal-Intern Carmelo Abela għall-mistoqsija mid-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.
Il-Ministru Abela qal li s’issa diġà nbidlu madwar 97% tal-karti tal-identità u l-proċess se jibqa’ sejjer sal-aħħar ta’ din is-sena.
Irrefera għal statistika bbażata fuq l-aħħar reġistru elettorali tal-Kunsilli lokali ta’ Jannar li għadda.
Il-lokalitajiet li fihom il-karti tal-identità nbidlu kollha huma l-Floriana, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Wied il-Għajn, l-Imġarr, l-Imqabba, l-Imtarfa, Pembroke, Ħal Qormi, il-Qrendi, Ħal Safi, Santa Venera, Ħal Tarxien, ix-Xgħajra, iż-Żurrieq.
F’Għawdex inbidlu kollha fil-Fontana, Għajnsielem, l-Għarb, l-Għasri, Ta’ Kerċem, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, ir-Rabat, San Lawrenz, Ta’ Sannat, ix-Xagħra, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ
Fost l-aktar lokalitajiet li ma sarux karti tal-identità ġodda hemm Tas-Sliema segwita mill-Imdina, is-Swieqi, San Ġiljan u Ħal Balzan.