Jekk tmut, il-werrieta jistgħu jidħlu fil-Facebook tiegħek

REUTERS/Dado Ruvic

Fil-Ġermanja, il-werrieta tal-mejjet issa għandhom id-dritt li jaċċessawlu l-profil ta’ facebook. Il-qorti qalet dan waqt deċiżjonijiet ta’ privatezza li ttieħdu nhar il-Ħamis.

Din id-deċiżjoni ttieħdet f’inqas minn xahrejn mindu l-Unjoni Ewropea introduċiet ir-regoli l-ġodda dwar il-privatezza bit-tir li ssaħħaħ il-privatezza tan-nies u tigwida lill-kumpaniji kif għandhom jaġixxu.

Familja Ġermaniża talbu l-qorti biex jidħlu fil-profil ta’ binthom wara li fl-2012 intlaqtet minn ferrovija f’Berlin. Huma xtaqu li jsiru jafu jekk il-mewt ta’ binthom kienx inċident.

Facebook kienu qelbu l-profil tat-tifla f’paġna b’memorja għaliha u għalqu l-aċċess għal dak kollu li tefgħet fuq il-profil tagħha.

Il-qorti approvat l-aċċess lill-ġenituri tat-tifla, iżda facebook appella kontra din id-deċiżjoni.