Jekk tlaqtilha għall-baħar, ara fejn se jaħkem l-aktar illum

Jekk qed taħsibha biex tirħilha għall-baħar illum, kun ippreparat biex tieħu xi prekawzjonijiet minħabba riħ li f’mumenti jittanta jmiss forza 7.
F’avviż maħruġ fuq Facebook mill-paġna Gozo Weather Page, intqal li r-riħ għal-lum mistenni jibda minn forza 3 u jżida sa 7 mal-ġurnata, l-aktar wara nofsinhar.
Dawn huma l-bajjiet li jinħakmu l-aktar minn dan ir-riħ Majjistru;
F’Għawdex: id-Dwejra, ix-Xlendi, Daħlet Qorrot, San Blas, ir-Ramla l-Ħamra, Marsalforn, il-Qbajjar, ix-Xwejni u Wied il-Għasri.
F’Malta: Paradise Bay, il-Prajjet (Anchor Bay), Għajn Tuffieħa u Golden Bay, il-Ġnejna, Fomm ir-Riħ, Għar Lapsi, Wied iż-Żurrieq, il-Qawra, l-Armier, ir-Ramla u l-Marfa.
Ġie avżat ukoll biex jittieħdu prekawzjonijiet oħra, ngħidu aħna jekk se jitqabbad nar wieħed għandu joqgħod attent minħabba frak jaqbad li jtir mar-riħ u jikkawża nirien f’postijiet fejn joqgħod.
Ritratt: Facebook – Malta Weather Page