Jekk tixtieq topponi l-iżvilupp bla rażan…

Flimkien għal Ambjent Aħjar nediet petizzjoni kontra l-iżvilupp bla rażan ta’ 8,700 metru kwadru ta’ art fil-qalba ta’ Ħal Luqa.
L-għaqda mhux governattiva qalet li dan l-iżvilupp mhux se jipprovdi spazji miftuħa jew faċilitajiet komunali skont il-pjan lokali hekk kif se jiġu ppreżentati ħames applikazzjonijiet separati biex tiġi evitata l-Evalwazzjoni tal-Impatt Ambjentali; liema evalwazzjoni hi meħtieġa biex jiġi determinat l-impatt fuq ir-residenti tal-lokalità.
Għal iktar informazzjoni fuq il-petizzjoni wieħed jista’ jaċċessa s-sit.