Jekk tixtieq tmur il-pellegrinaġġ għal Lourdes f’Lulju…

L-Arċisqof Charles Scicluna ltaqa’ mal-kumitat tal-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL) li jmexxi pellegrinaġġ annwali.
Din is-sena l-pellegrinaġġ se jsir bejn is-16 u l-20 ta’ Lulju.  
Il-Kappillan tal-Għaqda, Dun Joseph Mizzi, se jkun qed jakkumpanja u jmexxi l-attivitajiet reliġjużi matul il-pellegrinaġġ.
Wieħed jista’ japplika għall-pellegrinaġġ fl-uffiċċju tal-UMTAL, 129, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta, kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, bejn id-9am u nofsinhar, matul dan ix-xahar.
L-UMTAL hija organizzazzjoni volontarja, li ġiet stabbilitafl-1931 mill-Arċidjoċesi ta' Malta. 
L-għan tagħha hu li tagħmilha possibbli għall-persuni bi problemi mediċi u fiżiċi differenti li jivvjaġġaw lejn dan is-santwarju. 
Għall-aktar informazzjoni, ibgħat imejlfuq info@umtalmalta.org.