Jekk tistudja l-Mcast u tixtieq tkompli l-Università

L-Università ta’ Malta u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija ffirmaw ftehim fil-qasam l-Edukazzjoni u l-Kura fit-Tfulija Bikrija.
B’dan il-ftehim l-istudenti tal-MCAST li jiggradwaw b’Diploma Ogħla fl-Istudji Avvanzati fis-Snin Bikrin se jkunu jistgħu jirreġistraw fit-tielet u l-aħħar sena tal-kors il-ġdid għall-B.A.(Hons) mill-Università, fl-Edukazzjoni u l-Kura fit-Tfulija Bikrija.
Min jiggradwa minn dan il-kors ikun jista’ jaħdem fis-settur tal-Kindergarten.
Minn dan il-kors wieħed jista’ jagħmel Master fit-Tagħlim (Edukazzjoni Bikrija u Primarja) biex jikkwalifika bħala għalliem fil-Primarja.