Jekk tista’ tevita dit-triq…

Inġema’ traffiku mhux ħażin fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan, wara inċident tat-traffiku.
Kelliema fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ bejn mutur u karozza, u għalkemm ħadd ma weġġa’ hu avviżat li min jista’ jevita t-triq minħabba l-konġestjoni, għax ingħalqet miż-żewġ naħat.
L-inċident seħħ ftit ’il fuq mill-Bajja ta’ Spinola.
Ritratt: MRTU